L-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva, Għawdex fi ħdan il-KMAV toħloq filmat sabiex tawgura l-Għid it-Tajjeb.

Dawn huma żminijiet diffiċli għal kulħadd f’ħafna aspetti. Bl-iskejjel magħluqin kemm it-tfal kif ukoll il-kbar mhux talli kellhom ostaklu fil-mixja skolastika tagħhom imma wkoll ostaklu għal dawk l-attivitajiet li tant jgħożżu u li jgħinuhom jesprimu l-kreattivita` u l-emozzjonijiet.

L-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva , Għawdex fi ħdan il-KMAV mill-ewwel għaddiet għall-użu tal-internet u bdiet tistudja metodi ġodda li bihom l-iskola tibqa’ għaddejja u żżomm l-istudenti motivati. L-għalliema kellhom jivvintaw Sistema differenti kif jibdew jaħsbu u jaħdmu, u żgur li l-kreattivita` kienet fuq in-naħa tagħhom.

Il-Kap tal_iskola, Vincent Caruana, qal: “Spiss jintqal li t-tagħlim ma jaf bl-ebda fruntieri. F’dawn iċ-ċirkostanzi nistgħu ngħidu li għat-tagħlim mill-iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva f’Għawdex, l-iskola ma taf bl-ebda distanzi. It-tim ta’ edukaturi tagħna qegħdin jużaw mezzi diversi onlajn sabiex jilħqu lill-istudenti tagħna u nistgħu niftaħru b’wiċċna bil-quddiem li dan qed iseħħ. Mill-banda l-oħra , l-artisti tagħna, il-mużiċisti, ż-żeffiena u l-atturi kollha qed jirrispondu b’modi tassew kreattivi. Proset tassew! Jista’ jkun li ninżammu lura minħabba fiċ-ċirkostanzi imma issa m’hemm xejn li jista’ jżommna.

Ibqgħu motivati, ibqgħu fis-siġurta`, Ibqgħu kreattivi u nawguralkom Għid qadddis.

Search

Search

Pages


Follow us on: