ĠENITURI / KUSTODJI U STUDENTI
1. Għandha tittieħed it-temperatura ta’ kull student qabel dan jidħol fil-binja tal-iskola. It-tagħlim onlajn ikun inkoraġġit fejn ikun possibli. Meta t-tagħlim isir ġewwa l-iskola, għandha tittieħed l-attendenza ta’ kull student u l-ħin eżatt li fih ikun wasal fl-iskola.
2. Il-ġenituri u l-kustodji ma jistgħux jidħlu ġewwa l-iskola, tkun xi tkun l-eta` tal-istudent. Il-ġenituri/kustodji għandhom iżommu d-distanza soċjali meta jkunu qegħdin jistennew fuq barra. Huwa rakkomandat li l-klassijiet jitqassmu b’tali mod li fuq barra ma jkunx hemm iżjed minn 15-il ġenitur/kustodju jistennew fl-istess ħinijiet.
3. Hu rakkomandat li dawk l-istudenti li jaslu aktar minn 10 minuti qabel jistennew fuq barra u mhux jidħlu fl-intrata.
4. Meta l-istudenti jkunu lebsin il-ġkieket, il-ġenituri/kustodji għandhom jieħdu dawn il-ġkieket w għandhom jittieħdu mill-ġenituri u jerġgħu jitlibbsu meta l-istudenti jkunu sejrin lura d-dar. Dawn il-ġkieket għandhom jingħataw lill-ġenituri eżatt kif l-istudenti jkunu deħlin mill-bieb tal-iskola.
5. Ħu rakkomandat li ma jsirx ikel u lanqas xorb fil-binja tal-iskola. Hu permess biss li jinxtorob ilma minn flixkun li jkun jista’ jerġa’ jintuża, u dan ma jistax jiġi użat minn aktar minn student wieħed.
6. Fejn hu possibbli, l-istudenti għandhom jiġu lesti bl-uniformi. Meta jkun il-kas li l-istudent ikollu jbiddel l-uniformi jew iż-żarbun waqt lezzjonijiet differenti, dawn għandhom jitpoġġew f’basket li jkun immarkat b’mod ċar b’isem l-istudent, u dan fejn ikun possibbli jitqiegħed f’locker li fuqu jkun hemm isem l-istudent.
7. Kull oġġett għandu jkun immarkat b’isem l-istudent. Jekk ikun hemm oġġett li ma jkollux l-isem, dan għandu jintrema dak inhar stess meta tispiċċa l-iskola.
8. Studenti li jkunu morda jintbagħtu d-dar mill-ewwel. Jekk il-ġenitur/kustodju ma jkunx fuq barra tal-iskola, dan l-istudent għandu jitpoġġa fil-kamra ta’ iżolament, li għandha tiġi diżinfettata kif dak l-istudent ikun ħareġ minnha.
9. Kull min isiefer m’għandux jiġi l-iskola għal ġimagħtejn sħaħ minn meta jkun reġa’ wasal lura Malta. L-istudenti għandhom jippreżentaw il-boarding pass jew il-biljett tal-vapur.
10. Meta jkun il-kas li l-istudenti jingħataw brejk, dan għandhom jeħduh fl-istudjo stess jew fuq barra. Huwa rakkomandat li ma jitteħdux brejks fiż-żoni ta’ stennija.
11. Kif jaslu l-iskola l-istudenti għandhom jibqgħu sejrin dirett fil-klassi.
12. L-istudenti għandhom jogħrku idejhom bis-sanitiser qabel u wara kull lezzjoni.
13. L-istudenti kollha għandhom jidħlu fil-binja tal-iskola lebsin bil-maskri u jibqgħu biha sakemm tibda l-lezzjoni. Kemm il-maskri kif ukoll il-visors għandhom ikunu immarkati b’isem l-istudent. L-istudenti ta’ ’l fuq minn 11-il sena għandhom jibqgħu lebsin il-maskra matul il-lezzjonijiet kollha sakemm dawn ma jkunux qed jieħdu sehem f’attivitajiet impenjattivi ħafna. Tfal ta’ bejn it-3 u l-ħdax –il sena għandhom jilbsu l-maskra meta jkunu barra mill-klassijiet tagħhom.
14. Sa fejn ikun possibbli l-istudenti kollha għandhom jibqgħu fil-bubbles/gruppi tagħhom f’postijiet li jkunu fissi. Il-bubbles għandhom ikun l-iżgħar possibbli.
15. L-istudenti għandhom jevitaw li jmissu mirja, l-pjanu u kwalunkwe apparat li jista’ jkun hemm fl-istudio. F’kull studio se jkun hemm biss l-apparat li tassew huwa meħtieġ.
16. Għandha tinżamm distanza ta’ 2 metri kemm jista’ jkun kullimkien.
17. Kemm jista’ jkun għandu jkun hemm marki li jiggwidaw id-distanza soċjali kullimkien
18. in-numru massimu rakkomandat mill-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika għandu jinżamm kullimkien abbażi ta’ distanza ta’ 1.5 metri bejn kull student fil-klassi.
19. Il-prattika ta’ etikett fit-teħid tan-nifs għandha tinżamm u tiġi inkoraġġita
20. L-istudenti għandhom jevitaw li jmissu għajnejhom, imeħirhom u ħalqhom speċjalment jekk ma jkunux ħaslu jdejhom.
21. Hu rakkomandat li kull student ikollu s-sanitiser tiegħu/tagħha.
22. L-istudenti m’għandomx isellfu affarijiet jekk dawn ma jkunux intmesħu qabel.
23. Studenti li għandhom lezzjonijiet iqsar għandhom jevitaw li jużaw it-toilet.
24. Ċertu attivitajiet bħalma huma l-kant, il-korijiet, iċ-chamber music, l-gruppi mużikali, il-prestazzjoni orkestrali, ir-reċtar u d-drama kif ukoll id-danza jistgħu jirriżultaw f’riskji akbar u kull skola għandha tistudja sew dawn ir-riskji u tnaqqas b’modi li permezz tagħhom l-istudenti ikunu jistgħu jkomplu jattendu dawn il-lezzjonijiet, per eżempju billi jagħmlu użu mill-faċilitajiet fuq barra kull meta dan ikun possibbli, billi jnaqqsu l-kuntatt fiżiku, u jestendu d-distanza soċjali għal 2.5 metri minflok in-norma ta’ 1.5 metru.
25. L-ikel li jinqasam bejn l-istudenti bħalma huma l-kejkijiet tal-birthday jew festini tal-Mileid huma projbiti
26. Il-komunikazzjoni bejn il-ġenituri/gwardjani u t-tmexxija u l-istaff tal-iskola għandha ssir biss onlajn.
STUDIOS – il-bini u l-faċilitajiet
1. It-toilets għandhom jitnaddfu regolarment. Se jkun qed jiġi mmarkat il-ħin li fih ikun sar it-tindif tat-toilets u minn min dan ikun tnaddaf. Mhu se jkun hemm l-ebda xugamani tad-drapp imma biss dawk tal-karti li jintremew wara kull użu.
2. It-tindif tal-art għandu jsir b’mod aktar regolari matul il-ġurnata, u kif meħtieġ. Dawn il-postijiet għandhom jitnaddfu sew, u jekk possibbli, għal diversi drabi, matul il-ġurnata: il-pumi kollha tal-bibien kif ukoll il-pumi kollha tal-kxaxen, twieqi eċċ., it-turġien u l-poġġamani, is-switches tad-dawl, l-imwejjed, it-telfons, u dak kollu li jinqabad bl-idejn.
3. Għandu jkun hemm ventilazzjoni adegwata ta’ arja fuq ġewwa. Biex dan iseħħ u b’hekk jitnaqqas il-livell ta’ patoġeni fl-arja, it-twieqi u/jew bibien għandhom jinżammu miftuħin meta jkunu qegħdin jintużaw l-istudjos, il-kmamar, il-klassijiet jew il-werkxops.
4. L-użu tal-apparati għandu jiġi evitat u fejn dan ikun meħtieġ l-istudenti jintalbu jġibu l-apparat tagħhom. L-apparat li jintuża minn studenti ta’ bejn it-3 snin u t-8 snin għandu jiġi ddiżinfettat mill-għalliema wara kull użu tiegħu.
5. Fejn dan ikun possibbli għandu jkun hemm bieb li jintuża għad-dħul u bieb ieħor li jintuża għall-ħruġ. Fejn dan ma jkunx possibbli, il-ħinijiet li fihom isiru l-lezzjonijiet għandu jinfirex b’tali mod li ma jkunx hemm studenti deħlin u ħerġin fl-istess ħin.
6. Il-ħlas għall-korsijiet għandu kemm jista’ jkun isir b’mod elettroniku. Hu rrakkomandat li ma jkunux aċċettati flus kontanti.
7. Tapit li jiddiżinfetta hu rakkomandat fid-daħla ta’ kull skola.
8. Għandhom jitwaħħlu posters li jfakkru l-miżuri ta’ prevenzjoni fiż-żoni kollha tal-iskola.
9. Għandu jkun hemm sanitisers u wipes f’kull studio u f’kull waiting area.
10. Dawk il-kollaboraturi u kuntratturi li jipprovdu servizz fl-iskola għandhom isegwu l-istess linji gwida meta dawn ikun qed jagħtu servizz ġewwa l-iskola (maskri, teħid tat-temperatura, l-iffirmar fuq il-visitors’ sheets, jiddiżinfettaw idejhom u l-oġetti li jkollhom, eċċ).
11. Għandhom f’kull ħin jittieħdu l-prekawzjonijiet sabiex jiġi assigurat li s-sistemi tal-ilma jkun siguri sabiex dawn jipprevjenu r-riskju ta’ infezzjonijiet li jittieħdu mill-ilma bħalma huwa dak tal-Legionnella.
MIŻURI GĦALL-ISUDJOS TAD-DRAMA
1. Fejn dan ikun possibbli, għal-lezzjonijiet tad-Drama li jsiru one to one, għandu jintuża t- tempered glass jew acrylic screens. Jekk dawn l-iscreens ma jkunux disponibbli għandha tinżamm id-distanza ta’ 1.5m bejn l-għalliem u l-istudent, fejn dan ikun possibli.
2. Għandhom ikunu inkuraġġiti l-fotokopji u pitazzi personali sabiex ikun evitat li jissellfu l-affarijiet.
3. Kwalunkwe siġġu, prop li jintuża mil-istudenti għandhom jiġu ddiżinfettati sakemm dawn ma jkunux propjetà tal-istudent inniffsu.
4. Fejn tkun qed tiġi użata is-sistema ta’ loud speaking id-distanza soċjali għandha tkun dik ta’ aktar minn 2 metri u din tiġi adattata kif meħtieġ.
5. Logħob u eżerċizzji li jirrikjedu kuntatt fiżiku għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun.
6. Xogħol fi gruppi għandu jinżamm kemm jista’ jkun minimu u fejn possibbli jsir b’mod virtwali.
7. Huma inkuraġġiti il-monologi u xeni fi gruppi żgħar.
8. Jekk ma jkunx hemm tapit li jiddiżinfetta fid-daħla tal-istudjo, l-istudenti għandhom jinżgħu ż-żraben tagħhom qabel jidħlu fl-istudjo.
9. Għandha tinżamm id-distanza ta’ 1.5 m bejn kull student ħlief meta jkun ser jintuża il-loud speaking meta d-distanza trid tiżdied għal dik ta’ 2 metri.
10. Meta ma jkunx possibbli li ssir prestazzjoni bejn l-għalliem u l-isudenti, allura huwa rrakkomandat li din issir b’mod virtwali.
11. L-għalliema m’għandhom jagħmlu l-ebda korrezzjoni bil-miktub tax-xogħol imma fejn dan ikun possibbli din għandha ssir onlajn.
MIŻURI GĦALL-ISTUDJOS TA-MUŻIKA
1. In-numru ta’ vuċijiet u ta’ strumenti għandu jkun għal dak ta’ solisti jew gruppi żgħar.
2. It-tul tal-istrumenti għandu jitqies meta tkun qed tiġi determinata d-distanza soċjali bejn individwi.
3. Id-distanza soċjali suġġerita bejn il-kantanti u dawk li jdoqqu strumenti tal-qasba jew tar-ramm hi dik ta’ 2.5 m. Id-distanza minima għall-mużiċisti l-oħrajn hi dik ta’ 2.0m
4. Għandu jiġi kunsidrat l-użu ta’ tempered glass jew acrylic screen bejn l-għalliem u l-istudenti. Dawn għandhom jiġu diżinfettati wara kull użu tagħhom. Meta dawn il-barrieri ma jkunux possibbli, it-tagħlim għandu jsir billi l-istudent u l-għalliem ma joqgħodux faċċata ta’ xulxin , imma maġenb xulxin.
5. Il mużiċisti huma inkuraġġiti li ma jħarsux f’wiċċ xulxin meta jkunu qegħdin idoqqu.
6. Jekk id-distanza soċjali ma tkunx possibli li tinżamm bejn dawk li jkunu qegħdin iwettqu xi prestazzjoni għandhom jilbsu il-maskra/visors.
7. L-apparat m’għandu jiġI misluf fl-ebda ħin u jekk dan jiġri, dan għadu jintmesah biex jiġi ddiżinfettat wara kull użu tiegħu.
8. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ espożizzjoni għall-virus. It-tidif ta’ stumenti tal-ħalq għandhom jitnaddfu mill-bżieq li jitsa’ jkun fihom barra mill-grupp li jkunu jinsabu fih billi dan il-bżieq jintefa’ direttament f’kontenitur li jista’ jintrema. L-idejn għandhom jiġu ddiżinfettati wara li jsir tindif bħal dan.
9. Waqt il-lezzjonijiet tat-teorija l-istudenti ta’ ’l fuq minn 11 –il sena għandhom jilbsu l-maskri/visors.
10. L-eżamijiet orali għandhom isiru billi kulħadd jilbes il-maskra/visor u billi l-istudent ma jkunx qiegħed faċċata tal-għalliem.
11. L-istudenti għandhom iġibu huma biex jiktbu u kwalunkwe ħaġa tal-karti bħalma huma l-karti tal-mużika/ l-iskors/ u l-ġurnal.
12. Hu rrakkomandat li n-numru ta’ parteċipanti fi gruppi mużikali, kor tal-iskola u ensembles għandu jinżamm l-iċken possibbli u l-iskola għandha issegwi l-istandards għall-korijiet maħruġ mill-Att tas-Saħħa Pubblika Kapitlu 465 tal-Liġi ta’ Malta:
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/covid19/Documents/mitigationconditions-and-guidances/Standards-for-Choirs_27Aug20.pdf
13. Hu rrakkomandat li jittellgħu kemm jista’ jkun produzzjonijiet virtwali ‘live’ mill-istudenti’.
MIŻURI GĦALL-ISKEJJEL TAL-ARTI
1. Waqt li jkunu qegħdin jiddiskutu u jevalwaw bċejjeċ tal-arti għandhom jistennew lil xulxin jispiċċaw qabel jaqbdu jitkellmu u għandhom jibqgħu f’posthom il-ħin kollu.
2. Hu rakkomandat li l-ħidmiet isiru fi gruppi żgħar.
3. Id-distanza soċjali f’kull studjo tal-arti għandha dejjem tiġi rispettata u għandha tinżamm distanza ta’ mhux anqas minn 1.5m bejn kull student.
4. Fejn ikun possibbli l-lezzjonijiet għandhom jinżammu fuq barra.
5. L-istudenti huma mħeġġin iġibu l-materjal tagħhom stess per eżempju: lapsijiet/ lapsijiet tal-kulur/ pniezel taż-żebgħa/ markers/ kolla/ imqassijiet/ crayons/ pastels/ rigi/ gomom/ palettes/ materjal reċiklabbli / drawing-book/ art journal.
6. Meta l-iskola tkun pprovdiet xi materjal u apparat, dan għandu dejjem ikollu fuqu l-isem tal-istudent sabiex dan dejjem juża l-materjal tiegħu. Kull materjal ma jistax jiġi misluf.
7. ull materjal li jintuża waqt il-lezzjoni, bħalma huma ż-żebgħa, jista’ jkun pprovdut lill-istudenti, billi dan jintefa’ fuq il-paletti tal-istudenti li għandhom jitnaddfu sew wara kull użu. Kull apparat ta’ stampar għandu jintmesaħ sew biex ikun ddiżinfettat bejn kull użu minn studenti differenti. Il-lezzjonijiet għandhom jispiċċaw kwarta qabel sabiex isir it-tindif rikjest minn kull student. Kull student għandu juża s-sink wieħed. Kull student għandhom jimsħu idejhom u l-paletti tagħhom fix-xugaman/ jew t-shirt qadim tagħhom stess.
8. Għandu jiġi evitat li studenti jaħdmu f’pari jew fi gruppi fuq l-istess biċċa xogħol.
9. Il-moniteraġġ tax-xogħol u l-progress ta’ kull student għandu jsir min distanza ta’ mhux inqas minn 1.5m billi tiġi implimentata is-sistema ta’ Peer-Evaluation li fiha l-istudenti jintalbu jqumu bilwieqfa, juru l-ħidmiet tagħhom u jitkellmu dwar il-progress ta’ ħidmiethom (self-evaluation).
10. Għandhom jitħallew biss fil-klassijiet tal-arti dawk ix-xogħolijiet li jkollhom bżonn il-ħin biex jinxfu. L-istudenti għandhom jiġbru x-xogħolijiet ta’ arti meta dawn ikunu nixfu fil-Portfolios u l-ġurnali tal-arti tagħhom.
11. L-ilbies ta’ maskri u visors hu obbligatorju għall-istudenti ta’ ’l fuq minn ħdax –il sena matul il-ħin kollu tal-lezzjoni peress li matulha tista’ ssir interazzjoni kontinwa.
12. L-istudenti għandhom kemm jista’ jkun jużaw l-ispazju pprovdut lilhom tul il-lezzjoni kollha u l-għalliem għandu jdur hu fl-ispazju pprovdut mingħajr ma joqgħod imiss l-apparat għal xejn b’xejn.
13. L-għalliem/edukatur m’għandu jwettaq l-ebda korrezzjoni fiżika u fejn dan ikun meħtieġ din għandha ssir b’mod onlajn.
MIŻURI GĦALL-ISTUDJOS TAD-DANZA
1. Hu rrakkomandat li jinżammu gruppi żgħar.
2. Għandha tinżamm distanza ta’ mil-inqas 1.5 m bejn l-istudenti waqt il-lezzjonijiet tat-teorija u għandhom jintlibsu l-maskri / visors .
3. AGħandha kemm jista’ jkun tinżamm d-distanza soċjali ta’ mill-inqas 2.5 m bejn l-istudenti u l-għalliema u m’għandhomx jintlibsu maskri / visors.
4. l-għalliema għandhom jimxu biss fl-ispazju pprovdut possibbilment mingħajr ma jagħmlu l-ebda kuntatt fiżiku mal-istudenti. L-idejn għandhom jintgħorku bis-sanitisers kontinwament.
5. L-istudenti għandhom jużaw biss ir-riżorsi tagħhom u ma jistgħux isellfuhom fl-ebda ħin.
6. Kull apparat għandu jiġi ddiżinfettat bejn kull lezzjoni. L-istudenti huma inkoraġġiti li jiddiżinfettaw l-ispazu tal-workstation tagħhom.
7. Il-kuntatt fiżiku għandu jinżamm għall-inqas livell possibbli.
8. Ix-xogħol fi gruppi għandu jinżamm mil-iżgħar possibli.
9. Huwa rakkomandat li l-istudenti ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-istudjos biż-żraben ta’ barra. Iż-żaben għandhom jintmesħu sew qabel ma jidħlu ġewwa l-istudjos. L-użu ta’ tapit li jiddiżinfetta huwa inkoraġġit.
10. Fil-binja mhux permess li l-istudenti jbiddlu l-uniformi. Huwa rakkomandat li l-istudenti jingħataw postijiet fejn iħallu l-affarijiet personali tagħhom.
11. Huwa rakkomandat li produzzjonijiet virtwali ta’ prestazzjonijiet mill-istudenti jinħolqu mill-istudenti permezz a’ prestazzjonijiet live onlajn.
12. L-għalliem/edukatur m’għandu jwettaq l-ebda korrezzjoni b’mod fiżiku, u fejn dan ikun meħtieġ din għandha ssir b’mod onlajn.